Bernard Grech
951 posts

Bernard Grech
@bernardgrechmt
Husband, father, lawyer. Leader of Partit Nazzjonalista 🇲🇹
Malta Katılım Ağustos 2020
115 Takip Edilen3.3K Takipçiler

Nifraħ lil @hamrunspartans li llejla kitbu l-istorja meta saru l-ewwel klabb tal-futbol Malti li kkwalifika għall-fażi tal-gruppi ta' kompetizzjoni Ewropea tal-futbol. Dan wara d-draw fil-Latvja kontra RFS fil-UEFA Conference League.
Prosit! Għamiltuna kburin. 🇲🇹
📷Joseph Galea


Nawgura fejqan ta’ malajr lill-ġenituri tal-Prim Ministru @RobertAbela_MT li ddaħħlu l-isptar wara inċident tat-traffiku. Ħsibijietna jmorru fil-President Emeritu George Abela u s-Sinjura tiegħu. Ftit ilu għamilt kuntatt mal-PM u offrejtlu l-appoġġ kollu tagħna f'dal-mument.

Għalija, il-pajjiż u l-Partit dejjem jiġu l-ewwel.
Ħames snin ilu dħalt għall-kariga ta’ Kap tal-@PNmalta b’sens ta’ dover u responsabbiltà lejn il-pajjiż u lejn il-PN. Dħalt għal din il-kariga bi prijorità ewlenija, dik li ngħaqqad il-Partit. U li nkompli nressqu viċin in-nies.


Hekk kif għadna biċ-ċans u għadu ma sar l-ebda żvilupp, ejja nagħmlu ħilitna biex #ManoelIsland jinbidel f’park nazzjonali.

Il-Labour dejjem jipprova jitfa’ l-problemi tiegħu fuq ħaddieħor. Jiena nibqa’ ffukat fuq il-ħidma tiegħi u tal-@PNmalta biex nibqgħu nkunu l-vuċi tal-poplu.

Il-kunsillieri tal-@PNmalta f'kull belt u raħal se jressqu mozzjoni biex isir studju xjentifiku f'kull lokalità ħalli naraw x'investiment infrastrutturali hu meħtieġ għas-snin li ġejjin. Ma jistax jibqa' isir kollox bla pjan u bla investiment fl-infrastruttura.
🧵 THREAD
















